SonicWave 641 Safety and Regulatory Guide

Kompatibilità elettromanjetika

Interferenza Elettromanjetika (EMI) hi kwalunkwe sinjal jew emissjoni, li tiġi rradjata fl-ispazju jew li tkun kondotta matul wajers tad-dawl jew signal leads, li tipperikola l-operat tan-navigazzjoni bir-radju jew ta’ tagħmir ieħor tas-sigurtà, jew li tiddegrada serjament, tostakola, jew tinterrompi ripetutament servizz tal-komunikazzjoni ta’ radju liċenzjat. Is-servizzi tal-komunikazzjoni tar-radju jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, xandiriet kummerċjali AM/FM, televiżjoni, servizzi ċellulari, radar, kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru, pager, u Servizzi ta’ Komunikazzjoni Personali (Personal Communication Services - PCS). Dawn is-servizzi liċenzjati tar-radju, u servizzi mhux liċenzjati tar-radju, bħal WLAN jew Bluetooth, flimkien ma’ tagħmir li jixħet ir-radjazzjoni bħal tagħmir diġitali, li jinkludi sistemi tal-kompjuter, jikkontribwixxu għall-ambjent elettromanjetiku.

Kompatibilità Elettromanjetika (Electromagnetic Compatibility - EMC) hi l-kapaċità ta’ oġġetti ta’ tagħmir elettroniku li jaħdmu flimkien b’mod korrett fl-ambjent elettroniku. Għalkemm din is-sistema tal-kompjuter kienet iddisinjata u ddeterminata li hi konformi mal-limiti ta’ l-aġenzija regolatorja għall-EMI, m’hemm l-ebda garanzija li l-interferenza mhix ser isseħħ f’installazzjoni partikolari.

Il-prodotti SonicWall huma ddisinjati, ittestjati, u kklassifikati għall-ambjent elettromanjetiku intenzjonat tagħhom. Dawn il-klassifikazzjonijiet ta’ ambjent elettromanjetiku ġeneralment jirreferu għad-definizzjonijiet armonizzati li ġejjin:

  • Prodotti ta’ Klassi B huma intenzjonati għall-użu f’ambjenti residenzjali/domestiċi iżda jistgħu jintużaw ukoll f’ambjenti mhux residenzjali/mhux domestiċi.

Nota: L-ambjent residenzjali/domestiku hu ambjent fejn l-użu ta’ radju tax-xandir u riċevituri tat-televiżjoni jistgħu jkunu mistennija f’distanza ta’ 10 m minn fejn jintuża dan il-prodott.

  • Prodotti ta’ Klassi A huma intenzjonati għall-użu f’ambjenti mhux residenzjali/mhux domestiċi. Il-prodotti ta’ Klassi A jistgħu jintużaw ukoll f’ambjenti residenzjali/domestiċi, iżda jistgħu jikkawżaw interferenza u jeħtieġu li l-utent jieħu miżuri korrettivi adegwati.

Jekk dan it-tagħmir jikkawża interferenza mas-servizzi tal-komunikazzjoni tar-radju, li jista’ jiġi ddeterminat billi tixgħel u titfi t-tagħmir, inti mħeġġeġ biex tipprova tikkoreġi l-interferenza billi twettaq waħda jew iktar minn dawn il-miżuri li ġejjin:

  • Dawwar l-antenna li qed tirċievi s-sinjal.

  • Poġġi l-kompjuter f’post ieħor fir-rigward tar-riċevitur.

  • Poġġi l-kompjuter ‘il bogħod mir-riċevitur.

  • Ipplaggja l-kompjuter f’outlet differenti biex b’hekk il-kompjuter u r-riċevitur ikunu fuq branch circuits differenti.

Jekk ikun meħtieġ, kellem lil rappreżentant tas-Sapport Tekniku ta’ SonicWall jew lil tekniku tar-radju/televiżjoni jew ta’ l-EMC b’esperjenza, għal suġġerimenti addizzjonali.

Tagħmir tat-Teknoloġija ta’ l-Informatika (Information Technology Equipment - ITE), li jinkludi tagħmir periferali, cards ta’ l-espansjoni, printers, tagħmir input/output (I/O), monitors, eċċ., li huma integrati fis-sistema jew ikkonnettjati magħha, għandu jkollhom l-istess klassifikazzjoni ta’ ambjent elettromanjetiku bħal dak tas-sistema tal-kompjuter.

Avviż dwar Kejbils Protetti tas-Sinjal: Uża biss kejbils protetti biex tikkonnettja tagħmir periferali ma’ kwalunkwe tagħmir SonicWall biex tnaqqas il-possibbiltà ta’ interferenza ma’ servizzi tal-komunikazzjoni tar-

radju. Li tuża kejbils protetti jiżgura li inti żżomm il-klassifikazzjoni EMC li suppost għall-ambjent intenzjonat. Jekk tippreferi, tista tordna kejbil mingħand SonicWall minn fuq l-Internet fuq https://www.sonicwall.com.

SonicWall iddeterminat li dan il-prodott hu prodott armonizzat ta’ Klassi B. It-taqsimiet li ġejjin jipprovdu tagħrif dwar EMC/EMI li huma speċifiċi għal kull pajjiż, jew tagħrif dwar is-sigurtà tal-prodott.

Was This Article Helpful?

Help us to improve our support portal

Techdocs Article Helpful form

  • Hidden
  • Hidden

Techdocs Article NOT Helpful form

  • Still can't find what you're looking for? Try our knowledge base or ask our community for more help.
  • Hidden
  • Hidden